COVID-19
107 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, 85 oħra mfejqa

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 107 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, minn 2,919-il swab test li saru.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 85 oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 3,715 persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 5,685 persuna pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 1,915-il każ attiv. B’kollox s’issa mietu 55 persuna.

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati.

Mill-każijiet irrappurtati lbieraħ, 9 huma membri tal-familja ta’ każijiet pożittivi, 5 huma kollegi ta’ persuni pożittivi, 5 kienu f’kuntatt dirett ma’ każi pożittivi, 2 każijiet oħra importati u 3 minn attivitajiet soċjali.