COVID-19
108 każi ġodda ta’ Covid-19, 121 oħra mfejqa

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 108 każi ġodad ta’ Covid-19 f’Malta minn 2,870 swab test li saru.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 121 oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 7,418 persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 9,609 persuni pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,059 każ attiv.

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati.

Mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li 32 każijiet ħarġu minn membri tal-istess familja, 2 każijiet minn fuq il-post tax-xogħol fejn kien hemm persuna pożittiva u 3 każijiet ħarġu minn ġemgħat ta’ persuni li fosthom kien hemm persuna pożittiva.