Lokali
1,094 oħra mmultati wara li kisru r-regoli tal-COVID-19

Fl-aħħar sebat ijiem l-uffiċjali tal-inforzar immultaw 1,094 persuna li nqabdu jiksru r-regolament tal-Covid-19.

Ċifri ppubblikati fuq il-paġna Covid-Malta juru li 779 ruħ kienu mmultati għax ma libsux il-maskra, waqt li 201 persuna oħra nstabu fi gruppi akbar minn dak li tippermetti l-liġi.

Sittax-il stabbiliment instabu jiksru r-regoli għall-istabbilimenti u 93 persuna kienu mmultati għax kienu f’residenzi fi gruppi ikbar milli tippermetti l-liġi.

Kien hemm ħames persuni li kisru l-ordni ta’ kwarantina.