11-il adozzjoni ta’ tfal Russi fl-2014

Matul l-2014, 11-il tifel u tifla ġew adottati minn koppji Maltin mir-Russja waqt li matul is-sena li għaddiet, 12-il familja Maltija adottaw tfal mir-Russja, erba’ koppji oħra adottaw mis-Slovakkja waqt li koppja oħra adottat mill-Albanija.

Dan qalu l-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia bi tweġiba għall-mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.

Il-Ministru Farrugia żied jirrimarka li f’każ li koppja tadotta tewmin, dawn jitqiesu bħala żewġ adozzjonijiet.

Huwa żied jgħid li l-informazzjoni għas-sena 2015 mhix kompluta minħabba l-fatt li għad trid tinġabar informazzjoni minn żewġ aġenziji li għadhom m’għaddewx ir-reġistri tat-tieni parti tas-sena; jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2015.