Lokali
11-il bajja jingħataw il-bandiera blu

Ħdax-il bajja kisbu ċ-ċertifikat minn ġurija internazzjonali biex jerġgħu jtajru l-bandiera blu li turi mhux biss li għandhom kwalità tal-ilma tajjeb għall-għawm iżda wkoll li huma immaniġġjati b’mod sostenibbli.

In-Nature Trust li tirrappreżenta f’Malta l-Fondazzjoni Internazzjonali għall-Edukazzjoni Ambjentali qalet li bajja waħda biss li hija ta’ lukanda li ma reġgħetx kisbet il-bandiera blu li lanqas biss kienet kunsidrata minħabba li kien għaddej xogħol ta’ titjib fiha mill-operaturi tal-lukanda.

Il-Federazzjoni Internazzjonali saħqet li għalkemm dawn il-ħdax-il bajja qed jingħataw ċ-ċertifikat tal-bandiera blu, l-għawm fihom jista’ jsir jew ma jsirx skont kif jiddeċiedu l-awtoritajiet tas-saħħa li qed jaħdmu biex jikkontrollaw il-pandemija tal-Covid 19.