Lokali
11-il għaqda tal-annimali jibbenefiaw minn €8,000 li nġabru waqt A Night at the Palace

Bosta għaqdiet tal-annimali bbenefikaw minn madwar €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt ‘A Night at the Palace’. Waqt il-preżentazzjoni tad-donazzjonijiet lill-għaqdiet tal-annimali, il-mara tal-Prim Ministru Dr Lydia Abela qalet li hija konvinta li dawn il-fondi se jintużaw bl-aħjar mod possibbli, u saħqet li x-xogħol tagħha se jkompli jiffoka fuq proġetti innovattivi bil-ghan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja.

11-il għaqda li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali ngħataw bejniethom mat-€8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt l-ewwel edizzjoni ta’ ‘A Night at the Palace’ li saret mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta fil-Palazz tal-Girgenti. Waħda mill-benefiċjarji hija l-Assocjazzjoni tal-Annimali Abbandunati Rosalind Agius u spjegat l-importanza ta’ inizjattivi ta’ din ix-xorta.

“Din id-donazzjoni tfisser ħafna għax għandna ħafna klieb x’ngħinu fis-santwarju u bħala neutering campaign, u tfisser ħafna li s-Sinjura Abela qegħda tagħti din l-importanza lejn l-għaqdiet tal-annimali għax l-annimali ħaqqhom importanza fis-soċjetà tagħna u huwa ġest sabiħ immens.”

Waqt il-prezentazzjoni tad-donazzjonijiet lill-ghaqdiet tal-annimali, il-mara tal-Prim Ministru Dr Lydia Abela qalet li hija konvinta li dawn il-fondi se jintużaw bl-aħjar mod possibbli, u fejn l-aktar li huwa meħtieġ minn dawn l-NGOs, li jaħdmu b’qalbhom kollha lejn soċjetà li jinteressaha mill-ħarsien tal-annimali.

“Id-dħul kien b’xejn imma dawk li attendew taw donazzjoni, u d-donazzjoni li ġbarna kienet tammonta għal kważi €8,000. Grazzi għad-donazzjonijiet li ġbarna u l-ġenerożità tagħkom inħares ‘l quddiem biex is-sena d-dieħla jittella’ A Night at the Palace b’risq l-organizzazzjonijiet tal-annimali. ”

Dr Abela saħqet li x-xogħol tagħha se jkompli jiffoka fuq oqsma li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, fost oħrajn permezz ta’ proġetti innovattivi għat-tisħiħ tal-ambjent.

Aħbarijiet Oħra

Il-viżjoni li tixpruna l-programm li tħejja għall-istaġun li jmiss ta’ Spazju Kreattiv taħseb biex tegħleb l-isfidi tal-Covid-19, bl-organizazzjoni ta’ 400 attività bis-sehem ta’ 320 artist u 17-il għamla ta’ arti…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Aktar