COVID-19
Cluster ta’ 11-il każ fost studenti barranin – wieħed pożittiv għall-varjant Brażiljan

Fiċ-ċentri ta’ ħarsien tat-tfal ma kien hemm l-ebda każ ta’ Covid-19 matul l-aħħar ġimgħa. Dan qalitu s-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci waqt li kienet qed tagħti l-aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta.

Meta kienet qed titkellem dwar is-sitwazzjoni fl-iskejjel, hija qalet li fil-primarja u s-sekondarja fejn studenti qed jattendu fiżikament fil-klassi, kien hemm 4 każi pożittivi ta’ studenti u 3 ta’ ħaddiema. Prof Gauci ċċarat li dawn kienu każi iżolati u mhux gruppi fi skola, u esprimiet il-fehma li t-tilqim tal-ħaddiema kollha fis-settur edukattiv qed iħalli l-frott.

Fir-rigward tal-edukazzjoni post-sekondarja u terzjarja, Prof Gauci qalet li nstab cluster ta’ 11-il każ fost studenti universitarji barranin li jgħixu f’kumpless. Qalet li wieħed minnhom kellu l-varjant Brażiljan li kien parti mill-cluster taż-żewġ każijiet tal-varjant tal-Brażil li kienu ġew barra minn Malta f’April li għadda.

Qalet li dawn l-istudenti ddaħħlu l-isptar biex jiġu iżolati biex jiġi stabbilit jekk joħorġux aktar minnhom.

Ara wkoll:

16-il każ ġdid ta’ Covid-19, ifiqu 55, ebda mewt rappurtata