Lokali
11-il Malti jinsabu f’ħabsijiet barra minn Malta

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo qal li ħdax-il persuna ta’ nazzjonalità Maltija jinsabu f’ħabsijiet barra minn Malta.

Huwa qal dan fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li saret mid-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Nonnici.

Bartolo spjega li bħalissa tmien persuni jinsabu f’ħabs l-Awstralja, persuna fl-Italja, Polonja u Spanja.

Kompla jispjega li matul is-sena li għaddiet inħelsu żewġ persuni: wieħed mill-Emirati Għarab Magħquda u ieħor mir-Renju Unit.

Dawn il-figuri jikkorrispondu biss ma’ dawk il-persuni li talbu għall-assistenza tal-Missjonijiet tagħna barra minn Malta.