COVID-19
11-il pazjent bil-Covid fl-isptar, 1 fl-ITU

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 10 persuni oħra li għandhom il-Covid-19 waqt li fiequ 18-il persuna.

Dan ifisser li n-numru ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19 bħalissa huwa ta’ 271.

Fl-Isptar Mater Dei qed jingħataw il-kura 11-il pazjent li għandhom il-virus b’persuna tinsab fl-ITU.

In-numru ta’ mwiet baqa’ ta’ 459 wara li bejn ilbieraħ u dalgħodu ma ġiet rappurtata ebda mewt relatata mal-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw total ta’ 852,233 doża tal-vaċċin bi 32,904 minnhom kienu l-booster.