COVID-19
11-il pazjent bil-Covid fl-isptar, 4 fl-ITU

In-numru ta’ persuni li fil-preżent għandhom il-Covid tela’ għal 220 wara li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 15-il każ ġdid waqt li fiequ 13.

Fl-Isptar Mater Dei qed jingħataw il-kura 11-il pazjent li għandhom il-virus b’4 minnhom jinsabu fl-ITU.

In-numru ta’ mwiet baqa’ ta’ 460 wara li bejn ilbieraħ u dalgħodu ma ġiet rappurtata ebda mewt relatata mal-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw total ta’ 873,859 doża tal-vaċċin b’48,676 minnhom kienu l-booster.