Lokali
11-il sena wara jibda ġuri fuq traffikar ta’ nofs kilo eroina

Fil-Qorti kriminali beda l-ġuri ta’ Herman McKay ta’ 34 sena mill-Marsa li jinsab mixli bi traffikar ta’ nofs kilo eroina.

L-akkużat ġie arrestat f’nofs Awwissu tal-2007 fi Triq is-Serkin il-Marsa wara li l-Pulizija irċeviet tagħrif li kien qed jittraffika d-droga.

Kif il-Pulizija kienu resqin lejn il-karozza ta’ McKay, ipprova jarmi ċ-ċwievet iżda fil-pront inqabdu minn kuntistabbli li kif fetaħ il-karozza, l-akkuzat mar jiġri fuq in-naħa tas-sewwieq u beda jxerred il-kontenut tal-pakkett fit-triq. Il-Pulizija rnexxilhom iwaqfuh hekk kif ipprova jagħmel l-istess b’pakkett ieħor. Aktar tard, testijiet fil-laboratorju kkonkludew li kien hemm ftit aktar minn 530 gramma eroina b’purità ta’ 23% u b’valur fis-suq ta’ kważi €25,000.

Fuq l-akkużat kienu nstabu tliet mobile phones u €1,900.

Erba’ snin ilu żball fil-proċedura wassal biex ġie annullat l-att ta’ akkuża u l-proċeduri kellhom jibdew mill-ġdid.

Min-naħa tiegħu l-akkużat wieġeb mhxu ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Il-każ qiegħed jinstema’ mill-Imħallef Antonio Mizzi. L-Avukati Justine Cilia u Elaine Mercieca qed jidhru għall-Avukat Ġenerali u l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri huma d-difiża.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Kristy Debono, qalet li l-Partit Nazzjonalista kien u se jibqa’ t-tarka tal-poplu u tal-pajjiż kollu waqt li se jsaħħaħ il-ħidma favur il-pajjiż. Fi tmiem it-tielet…

Infrastruttura

Iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo qal li l-iżvilupp tas-sit fejn hemm il-Lukanda Jerma se jinvolvi spekulazzjoni tal-art u bħal Pembroke, din l-art li fiha 38 elf metru kwadu mal-kosta…

Aktar