COVID-19
110 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta – 161 imfejqa oħra

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 110 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, minn 2,345swab test li saru.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 161 oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 6,049persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 8,247 persuna pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,097 każ attiv.

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati.

Mill-każijiet irrappurtati lbieraħ, 26 huma membri tal-familja ta’ każijiet pożittivi, 9  huma kollegi ta’ persuni pożittivi u 4 każi kienu f’kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi u 2 każi minn attivitajiet soċjali.