Lokali
111-il każ ġdid ta’ Covid-19, 199 ifiqu, 36 l-isptar

Fl-aħħar 24 siegħa feġġew 111-il każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li fiequ 199.

Dan ifisser li n-numru ta’ każijiet attivi issa huwa 1,972.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 36 pazjent li qed jingħataw il-kura minħabba li għandhom il-Covid. Persuna minnhom, tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

Il-każijiet il-ġodda feġġew minn 3,693 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 1,087,183.

In-numru ta’ persuni li ħadu l-virus mindu daħal Malta issa tela’ għal 34,201.

Dawk li, skont l-awtoritajiet, irkupraw mill-pandemija jlaħħqu t-31,410.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 755,655 doża tal-vaċċin bi 398,444 ikunu l-ewwel doża.

In-numru ta’ dawk li ħadu t-tilqima b’mod komplut tela’ għal 379,016.

Mill-95 każ ġdid li tħabbru lbieraħ l-età medja kienet ta’ 33 sena.

In-numru tal-vittmi tal-Covid baqa’ 423.