COVID-19
115-il każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta – imfejqa 39 oħra

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 115-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, b’39 oħra jfiqu mill-marda.

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati iżda minn tal-bieraħ 43 każ minnhom huma membri tal-familja ta’ każijiet oħra diġà magħrufa mal-awtoritajiet.

12-il każ mill-115 tal-lum kienu f’kuntatt ma’ persuna pożittiva fuq il-post tax-xogħol mentri 4 każijiet oħra kienu f’kuntatt dirett ma’ persuni oħrajn li ħarġu pożittivi.

Każ ieħor feġġ minn ġemgħa ta’ persuni mentri 3 każijiet feġġew minn Paceville u 4 każijiet oħra ġew impurtati minn barra.