COVID-19
116-il każ ġdid ta’ Covid-19, 155 oħra mfejqa

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar 116-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,111 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 155 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 13,801 persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 16,658 persuni pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,606 każ attiv.

B’kollox sal-bieraħ ngħataw 18,930 tilqima.

Fl-aħħar 24 siegħa tilef ħajtu wkoll raġel ta’ 81 sena waqt li kellu l-Covid-19.