Ambjent
117-il persuna mħarrka fuq skart domestiku mormi b’mod illegali

117-il persuna nqabdu joħorġu skart f’dati li mhux suppost jew mill-ġurnata ta’ qabel mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.

Dawn il-persuni, kemm Maltin kif ukoll ta’ nazzjonalità barranija, ġew imħarrka multa ta’ €150 u l-iktar li nqabdu jarmu illegalment kienu persuni fl-inħawi tal-Qawra u Buġibba (55), segwit minn Marsaskala (26).

Fi stqarrija, l-ERA qalet li mal-14-il uffiċjal mid-Direttorat tal-Infurzar tal-ERA qed iwettqu rondi darbtejn kull ġimgħa madwar Malta u Għawdex, fejn qed  joħorġu multi ta’ €150 meta jaqbdu persuni jiksru l-liġi fil-fatt. Dawn ir-rondi jsiru kemm tul il-jum u kif ukoll minn filgħaxija sa tard fil-lejl. L-ERA qalet ukoll li l-uffiċjali qabdu wkoll persuni jisirqu l-boroż tal-iskart organiku, li qalet huwa wkoll meqjus att illegali.

Il-Kap tad-Direttorat, Mario Schembri appella lill-pubbliku biex isegwi l-ħinijiet u r-regoli stipulati mill-liġi, kif indikat mill-Kunsilli Lokali rispettivi filwaqt li fakkar li l-multi huma ta’ €150, u jekk każ jittella’ l-Qorti, l-ispejjeż jistgħu jitilgħu iktar.

Il-Local Enforcement System Agency (LESA) huma ukoll responsabbli għall-infurzar fuq ir-rimi ta’ skart domestiku. Dan ir-rwol tal-ERA ta’ infurzar huwa separat mir-rwol tal-ġbir tal-iskart.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Mit-Tnejn li ġej l-Università ta’ Malta se jibdew ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni għal tliet elef u ħames mitt student, li aktar minn sittin fil-mija minnhom huma nisa. F’quddiesa ta’ ringrazzjament, l-Isqof…

Statistika

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li kien hemm 31 studenti tfajliet li ġew riferuti lis-servizz Għożża tul is-sena skolastika li għaddiet. Is-servizz Għożża joffri għajnuna lil tfajliet fl-età tal-iskola obbligatorja…

Lokali

565 persuna kienu rrapportati lill-Pulizija bħala nieqsa mill-bidu tas-sena sa tmiem Settembru. Minn dawn il-persuni 514 instabu waqt li 51 oħra għadhom irrapurtati nieqsa. Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Affarijiet…

Aktar