COVID-19
12-il każ ġdid ta’ Covid-19, ifiqu 20

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 12-każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li fiequ 20 biex issa l-każijiet attivi niżlu għal 261.

Il-każijiet il-ġodda ħarġu minn 2,036 ‘swab test” li tellgħu t-total ta’ testijiet s’issa għal 871,099.

In-numru ta’ persuni li issa ħadu l-virus mindu feġġ f’Marzu 2020 tela’ għal 30,319 waqt li dawk li fiequ telgħu għal 29,642.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 335,848 doża tal-vaċċin b’107,038 minnhom kienu t-tieni doża.

Ara wkoll:

Raġel imut waqt li kien pożittiv għall-Covid-19