COVID-19
12-il każ ġdid ta’ trasmissjoni lokali – 5 minnhom mill-festa ta’ Santa Venera

L-awtoritajiet tas-saħħa rrappurtaw 12-il każ ġdid ta’ COVID-19 li ħamsa minnhom huma relatati mal-festa ta’ Santa Venera u tnejn relatati mal-party ‘Hotel Takeover’ li sar ġimgħa u nofs ilu.

Intqal li l-ħames każijiet l-oħrajn huma sporadiċi. Il-każijiet instabu minn fost 1,615-il swab test.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li issa hemm 46 każ attiv, l-ogħla numru fl-aħħar xahrejn.

Iċ-ċifri tal-aħħar sigħat żiedu t-total ta’ każijiet għal 720, b’665 minnhom ifiequ. Bejn ilbieraħ u llum ma kien hemm ħadd fieq.

Il-każijiet ġodda u attivi ma jinkludux is-66 immigrant li lbieraħ nstabu pożittivi għal COVID-19.

Huma ddaħlu Malta jumejn ilu mill-Forzi Armati bħala parti minn grupp ta’ 94 immigrant.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-immigranti li qed jaslu bil-baħar qed jinżammu kwarantina għal 14-il jum u jiġu ttestatjati għal COVID-19.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-WasteServ qalet li l-ġbir tal-ħġieġ għar-riċiklaġġ huwa amministrat minn żewġ skemi privati, li huma responsabbli li jiġbru ħġieġ segregat. Il-kumpanija qalet li avżat lil dawn l-iskemi li mhux se taċċetta…

COVID-19

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) mhux qed tirrakkomanda li l-pajjiżi jerġgħu jmorru lura għal-lockdowns nazzjonali, iżda minflok għandhom jimplimentaw miżuri lokalizzati kontra l-imxija tal-Covid-19. Dan intqal minn Dr Maria Van Kerkhove…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali skedata għal nhar il-Ħamis li ġej, biex tkun diskussa l-pożizzjoni ta’ Malta fl-isfond tal-pandemija Covid-19. Fi stqarrija maħruġa…

COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 16-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,502 swab test. B’hekk il-każi attivi ta’ Coronavirus f’Malta telgħu għal 215, hekk kif ħadd…

Aktar