Lokali
120 jeħlu l-ħabs wara li naqqsu li jħallsu l-manteniment tal-familja

120 persuna weħlu sentenza ta’ ħabs li tvarja bejn ġimgħa u tliet xhur fl-aħħar 3 snin minħabba li naqsu li jħallsu l-manteniment tal-familja tagħhom f’kawżi ta’ separazzjoni u kawżi oħra.

Dan intqal fi tweġiba parlamentari li ngħata mill-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri lid-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Il-Ministru Camilleri qal li fl-aħħar 3 snin 1,517-il persuna tressqu quddiem il-Qorti akkużat li naqsu li jagħtu l-manteniment.

Fl-2019 tressqu 514 persuna b’dawn l-akkużi quddiem il-Qorti żieda żgħira ta’ tmienja min-nies fuq is-sena ta’ qabel. Fl-aħħar seba’ xhur tal-2017 tressqu 394 persuna akkużati bl-istess reat.