COVID-19
121 persuna mmultati llum għax ma rrispettawx id-distanza soċjali

L-appell tal-Professur Charmaine Gauci donnu qed jaqa’ fuq widnejn torox hekk kif illum ġew immultati 121 persuna b’kollox.

Dawn inqabdu fi gruppi ta’ aktar minn 3 persuni u għalhekk ingħataw il-multa ta’ €100 kull wieħed.

Min-naħa l-oħra, l-ebda persuna ma nqabdet qed tikser il-kwarantina.