Lokali
123 każ ġdid ta’ COVID-19, 105 oħra mfejqa, imut anzjan li kien pożittiv għall-COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 123 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,100 swab test li saru.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 105 oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 8,120 persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 10,320 persuni pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,051  każ attiv.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, is-Supretendent tas-Saħħa qalet li lbieraħ miet anzjan ta’ 82 persuna li kien residenti San Vinċenz de Paule.

Spjegat li mill-każijiet pożittivi hemm 68 minnhom f’Għawdex.

Waqt li tkellmet dwar il-vaċċin, Prof Gauci qalet waqt li mhux se jkun obbligat ħeġġet lin-nies biex jieħdu t-tilqima, dan jinkludi wkoll min marad bil-COVID-19.  Dwar side-effects tal-vaċċin Profs Gauci qalet li s’issa ma jidhrux li huma kbar, fosthom hemm deni u għejja.