Qorti
13-il immigrant bi protest ġudizzjarju – jallegaw li nkisrulhom id-drittijiet meta ma tħallewx jidħlu Malta

Tlettax-il immigrant mill-Eritrea lkoll residenti Tripli ressqu protest ġudizzjarju u talbu d-danni għax allegaw li nkisrulhom id-drittijiet tal-bniedem meta f’April li għadda ma tħallewx jidħlu Malta u ntbagħtu lura l-Libja.

Il-protest ġudizzjarju iffirmat mill-Avukati Paul Borg Olivier u Evelyn Borg Costanzi sar kontra l-Prim Ministru, l-Ministru tal-Intern, il-Brigadier tal-Forzi Armati u l-Avukat Ġenerali.

L-immigranti qed jallegaw li kienu vittmi ta’ pushback lejn il-Libja waqt operazzjoni ta’ salvataġġ kkordinata mill-Awtoritajiet Maltin li fiha kienet involuta dgħajsa tas-sajd li ttajjar bandiera Libjana li telqet minn Malta fuq struzzjonijiet tal-awtoritajiet Maltin.

L-immigranti qed isostnu li kienu f’kundizzjonijiet serji ta’ saħħa fiżika u mentali tant li xi immigranti li kienu magħhom mietu fuq id-dinghy qabel is-salvataġġ. L-immigranti qed isostnu li kellhom ċertifikat li jirrikonoxxihom bħala persuni li qed ifittxu l-ażil, iżda meta intbagħtu lura fil-Libja tpoġġew f’ċentru ta’ detenzjoni. L-immigranti qed isostnu li ġew imċaħħda mill-awtoritajiet Maltin milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jressqu talba għall-ażil.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għandha 19-il sena u ma’ TVM irrakkuntat it-trawma kbira li għaddiet minnha minħabba dak li sejħet estremiżmu fit-twemmin ta’ komunità Nisranija. Amy Attard tirrakkonta kif minħabba hekk qed jitkissru għadd…

Riċerka

Il-lenti tal-kamera provdiet għodda lill-fotografi matul is-snin, biex bir-ritratti tagħhom iħallu xhieda tal-passaġġ tal-istorja. Il-fotografu professjonali Kevin Casha ġabar riċerka fuq kważi mitejn sena ta’ fotografija f’pubblikazzjoni li fiha ritratti…

Ippjanar u bini

Proġett li jekk ikun approvat mistenni jbiddel il-kunċett tat-trasport u l-presenza tal-vetturi fit-toroq. Studju dwar il-possibbiltà ta’ proġett ta’ Metro jew Monorail mistenni jkun ippublikat dalwaqt bil-Prim Ministru Robert Abela…

Politika

Id-19-il deputat tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista qalu li f’kull deċiżjoni li qed jieħdu qed jiżguraw li jpoġġu l-interessi tat-tesserati, tal-Partit kif ukoll tal-pajjiż fuq quddiem. Tkompli l-istennija għal direzzjoni mill-President…

Aktar