COVID-19
13-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta – telgħu għal 412

Illum tħabbru 13-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta biex issa l-ammont totali ta’ infezzjonijiet tela’ għal 412-il każ. Minn dawn, 3 tilfu ħajjithom u 82 huma mfejqa.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li lbieraħ saru 1,022 swab. Żiedet li Malta hija t-tielet l-iktar pajjiż fid-dinja li qed jagħmel swabs.

It-13-il każ ġdid jinvolvu anzjana ta’ 96 sena li daħlet l-isptar bi qtugħ ta’ nifs u minn test li sarilha nstabet li hi pożittiva.

Mara Maltija ta’ 59 sena u raġel Malti ta’ 60 sena ukoll irriżultaw pożittivi u f’kull każ qarib wieħed biss seta kien espost.

Mara ta’ 22 sena li taħdem bħala healthcare worker f’San Vincenz irriżultat pożittiva wara li kellha kuntatt mal-anzjana pożittiva għall-Covid-19 fil-jiem li għaddew. Hija kienet qed tinżamm kwarantina.

Raġel ieħor ta’ 44 sena kien għadu jmur għax-xogħol meta żviluppa sintomi ta’ dijarea u konġestjoni f’imnieħru u għalhekk qed isir contact tracing ta’ kollegi li setgħu ġew esposti.

Mara ta’ 46 sena rriżultat pożittiva wara li bdew juġgħuha griżmejha fid-9 t’April. Hija ma kinetx qed taqdi lin-nies mill-ħanut tagħha iżda kienet qed tagħmel deliveries id-dar tagħhom. Il-Professur Gauci qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa se jkunu qed jikkomunikaw man-nies li rċevew deliveries mingħand din il-mara.

Tliet irġiel barranin li jgħixu Malta ukoll irriżultaw pożittivi. Dawn huma wieħed ta’ 28 sena minn Sri Lanka li kien kuntatt ta’ każ li tħabbar qabel u kien fi kwarantina; raġel ieħor ta’ 38 minn New Guinea u Ingliż ta’ 58 sena li rriżulta pożittiv wara li daħal l-isptar għal affarijiet oħra. Huwa ma kellux sintomi tal-Covid-19.

L-erba’ każijiet oħra, huma ta’ immigranti miċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far. Dawn huma kollha rġiel, wieħed ta’ 40 sena mill-Bangladesh, ieħor ta’ 33 sena mill-Gambia u tnejn mis-Sudan wieħed ta’ 33 u l-ieħor ta’ 38 sena.

Sadanittant tista’ ssegwi l-konferenza sħiħa hawn:

Gepostet von Television Malta am Donnerstag, 16. April 2020

Ara wkoll:

Il-kwarantina fiċ-ċentru tal-immigranti ta’ Ħal Far se tiġi estiża

L-ammont ta’ każijiet f’Malta għadu qed jiżdied

Mappa turi li l-aktar żona li fiha jgħixu persuni bil-Covid-19 f’Malta hija fiċ-ċentru

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, u l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, MUMN, ħabbru azzjoni industrijali fid-dawl li l-attivitajiet tal-massa ma twaqqfux milli jiġu organizzati waqt il-pandemija tal-Covid. Il-MAM ordnat sensiela ta’ direttivi…

Lokali

Bejn din is-sena u s-sena li ġejja fiż-żona tat-tlett ibliet u l-Kalkara se jkunu qed isiru mal-25 proġett ta’ restawr varji fosthom fuq il-Forti Ricasoli, s-swar ta’ Santa Margerita u…

Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

Barranin

L-Iżvezja li ma marritx għal lockdown waqt din il-pandemija, irreġistrat tnaqqis ta’ 8.6% fl-ekonomija bejn ix-xhur ta’ April u Ġunju meta mqabbel mat-tlett xhur ta’ qabel. Skont l-uffiċċju tal-istatistika tal-pajjiż…

Aktar