Barranin
13-il persuna mietu f’ħabta bejn dgħajsa u tanker fil-Korea t’Isfel

Fil-Korea t’isfel mill-inqas 13-il persuna mietu meta dgħajsa tas-sajd ħabtet ma’ tanker li jiżen 336 tunellata bil-konsegwenza li għerqet.
Żewġ persuni oħra huma rrapurtati nieqsa, fosthom il-kaptan tat-tanker waqt li seba’ persuni ttieħdu l-isptar għal kura.

Il-gwardja tal-kosta tal-Korea t’Isfel għaddejja b’ħidma ta’ tiftix u salvataġġ fl-ibħra ‘l barra mill-kosta tal-punent.

Id-dgħajsa tas-sajd kienet qed iġġorr 20 passiġġier u żewġ membri tal-ekwipaġġ waqt li kienu fuq sajda.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Id-Dukessa ta’ Cambridge Kate Middleton normalment dejjem tadatta x’tilbes skont fejn tmur.  Iżda l-libsa li kellha fl-avveniment tal-bieraħ meta attendiet għall-unuri tal-aħjar films u programmi televiżivi fl-Ingilterra, magħrufa aħjar bħala…

Barranin

F’Birmingham, żagħżugħ li rrikatta diversi vittmi vulnerabbli,fosthom tifla li kienet imġiegħla tiekol ikel tal-klieb u persuna mġiegħla tilgħaq is-sit tat-toilet, intbagħat 32 sena ħabs. Matthew Falder huwa deskrit wieħed mill-akbar…

Barranin

Żeffiena tal-Olimpjadi tax-xitwa Gabriella Papadakis ħadet waħda mill-akbar qtajja’ ta’ ħajjitha. Dan hekk kif waqt li kienet qed tiżfen il-libsa nfetħet u nkixfilha parti minn sidirha. Minkejja dan l-intopp l-atleta…

Aktar