COVID-19
13 l-isptar bil-Covid-19, 2 fl-ITU

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 22 persuna oħra li għandhom il-Covid-19, waqt li fiequ 21.

Dan ifisser li n-numru ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19 bħalissa huwa ta’ 272.

Fl-Isptar Mater Dei qed jingħataw il-kura 13-il pazjent li għandhom il-virus, bi 2 jinsabu fl-ITU.

In-numru ta’ mwiet baqa’ ta’ 459 wara li bejn ilbieraħ u dalgħodu ma ġiet rappurtata l-ebda mewt relatata mal-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw total ta’ 856,311 doża tal-vaċċin, b’36,140 minnhom kienu l-booster.