
COVID-19
130 każ ġdid ta’ Covid-19, 134 oħra mfejqa
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar 130 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 2,660 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 134 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 18,067 persuna.
Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 20,892 persuni pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,521 każ attiv.
B’kollox sal-bieraħ ingħataw 63,308,tilqima, li 20,189 minnhom kienu jikkostitwixxu t-tieni doża.
Tħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa miet raġel ta 72 sena li kien pożittiv għall-Covid-19.
Ara wkoll: