13,000 persuna ordnati jħallu California minħabba nirien kbar kawża ta’ sħana qawwija

F’California fl-Istati Uniti aktar minn 13,000 persuni kienu ordnati jitilqu mit-Tramuntana tal-istat minħabba nirien qawwija li tkebbsu minħabba s-sħana qawwija.

kc_fire_001__t840x568Madwar 9,000 pumpier jinsabu għaddejjin jissieltu biex jikkontrollaw in-nirien mifrux fuq 90 mil kwardu bid-dħaħen jogħlew sa 300 pied fl-ajru. Uffiċjali qed jgħidu li l-pumpiera ma jistgħux ilaħħqu mal-mod kif qed jinfirxu n-nirien għax qed jistmaw li fuq jumejn il-firxa tan-nirien kibret bi tliet darbiet. L-Uffiċjali qed jgħidu li fiż-żona ilha ma tagħmel xita erba’ snin u ma hemm ebda tbassir li ser tagħmel fil-ġimgħat li ġejjin.

S’issa nqerdu mill-anqas 24 residenza.