COVID-19
133 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta – 95 oħra mfejqa

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li fl-aħħar 24 siegħa, instabu 133 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,355 swab test mentri 95 oħra fiequ mill-virus.

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati iżda minn tal-bieraħ, 46 huma membri tal-istess familja, 19 ħadu l-virus minn fuq il-post tax-xogħol, 8 każijiet oħra laqqtu l-virus wara kuntatt dirett ma’ persuni bil-Covid-19.

13-il persuna oħra ħadu l-virus minn ġemgħat ta’ persuni.