Immigrazzjoni
134 immigrant jibqgħu maqbuda bejn sema u ilma

Il-fundatur u direttur tal-vapur tal-għaqda mhux governattiva Spanjola Open Arms li jinsab wieqaf ‘il barra mill-kosta tal-Italja qal li ma jistax jigarantixxi aktar is-sigurtà tal-134 immigrant abbord wara li l-vapur ilu aktar minn ġimagħtejn jistenna biex jiżbarka f’port sigur.

Hekk kif qed tiżdied it-tensjoni abbord il-vapur, l-immigranti li nġabru ‘l barra mil-Libja qed jistennew li jiżbarkaw Lampedusa iżda l-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini ta’ ordnijiet biex ma jitħallewx jagħmlu dan.

Fuq insistenza tal-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte, it-tfal ġew evakwati mil-vapuri mill-awtoritajiet Taljani. Salvini baqa’ jwebbes rasu minkejja deċiżjoni tal-Qorti u minkejja li Franza, il-Ġermanja, ir-Rumanija, il-Portugall, Spanja u l-Lussemburgu qalu li se jgħinu fir-rilokazzjoni tal-immigranti.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ma kkommettix ruħu li jekk fl-elezzjoni ta’ Novembru jitlef, jitlaq il-poter minn idu bil-kelma t-tajba. Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-White House, Trump qal li rridu naraw x’se…

Żewġ uffiċjali tal-pulizija qed isofru minn ġrieħi ta’ arma tan-nar hekk kif eluf ta’ nies niżlu jipprotestaw fil-belt Amerikana ta’ Louisville u sparaw fuqhom. Il-protesti saru hekk kif il-ġuri ewlieni…

Il-Kummissjoni Ewropea llum nediet riforma sħiħa fir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea dwar il-migrazzjoni. Il-patt ġdid dwar il-migrazzjoni qed jipproponi paġna ġdida f’din il-kwistjoni kumplessa u fost l-oħrajn qed tkun proposta ‘solidarjetà mandatorja’ li…

Il-vapur Alan Kurdi b’133 immigrant abbord biddel ir-rotta tiegħu u beda jbaħħar lejn il-port ta’ Marsilja fi Franza. L-immigranti ġew salvati s-Sibt li għadda u l-vapur talab l-għajnuna taċ-ċentri ta’…

Aktar