
COVID-19
138 każ ġdid ta’ Covid-19, 128 oħra mfejqa
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar 138 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,248 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 128 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 14,104 persuna.
Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 16,999 persuni pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,640 każ attiv.
B’kollox sal-bieraħ ingħataw 21,172 tilqima.
Fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom ukoll żewġ anzjani waqt li kellhom il-Covid-19.
Ara wkoll: