COVID-19
14-il każ ġdid ta’ COVID-19 f’Malta

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 14-il każ ġdid ta’ COVID-19 f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,438 swab test. B’hekk il-każi attivi ta’ Coronavirus f’Malta telgħu għal 199.

Il-Ministeru tas-Saħħa spjega li l-maġġoranza tal-każijiet ġodda li ġew identifikati bejn illum u l-bieraħ huma ta’ persuni li ħassew is-sintomi tal-Coronavirus u ma rraportawx għax-xogħol. Intqal li ħamsa mill-każijiet li tħabbru llum huma marbuta mal-grupp ta’ każijiet f’Paceville, tlieta oħra huma membri ta’ familja ta’ każi passati u l-bqija huma sporadiċi.

Mill-bidu tal-pandemija ħames xhur ilu s’issa saru 131,603 swab tests li minn dawn ħarġu 874 każ u li minnhom fiequ 666 persuna.

Intant, kelliem għall-Ministeru tal-Intern ikkonferma li l-grupp ta’ 78 immigrant li żbarkaw f’Malta matul il-lejl li għadda sarilhom swab test u qed jinżammu f’iżolament. In-numri totali tal-każijiet attivi f’Malta jinkludi 88 immigrant li rriżultaw pożittiv għall-virus wara li żbarkaw f’Malta l-ġimgħa li għaddiet.

Intant, it-Tnejn f’nofsinhar għalqet sejħa pubblika li ħareġ il-Gvern Malta biex jikri bastimenti sabiex ikunu jistgħu jinżammu l-immigranti fi kwarantina.

Aħbarijiet Oħra

Covid Alert Malta hija App ġdida varata dalgħodu mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa Chris Fearne u s-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo, li permezz tagħha, se jissaħħaħ il-Contact Tracing fil-pajjiż. Waqt…

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti u Festivals Malta ħadu d-deċiżjoni sabiex l-14-il edizzjoni ta’ Notte Bianca tiġi mibdula f’attivitajiet distinti u separati mifruxa fuq…

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li anzjana ta’ 91 sena mietet waqt li kienet għadha każ attiv bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-26 ta’ Awwissu u ddaħħlet l-isptar Mater Dei fis-6…

Studju maħruġ minn diversi esperti Maltin fil-qasam tas-saħħa fosthom il-Professur Charmaine Gauci, jgħid li Malta qed tesperjenza t-tieni mewġa ta’ Covid-19 kawża ta’ żewġ avvenimenti tal-massa li saru fis-sajf. Fl-istudju…

Aktar