Barranin
14-il każ ta’ COVID-19 fi New Zealand

Wara tlett xhur mingħajr ebda każ ġdid ta’ COVID-19 fi New Zealand, reġgħu bdew ifeġġu l-każi ġodda, wara li fl-aħħar jiem instabu erbatax il-każ ġdid.

L-espert ewlieni tas-saħħa fi New Zealand, Ashley Bloomfield qal li l-każijiet huma relatati ma’ familja li kienet pożittiva għall-virus, wara li kellhom kuntatt magħhom. “The most likely explanation is person to person transmission or more fleeting fomite transmission, then an infected surface somewhere.”

B’effett immedjat fi New Zealand reġgħu daħlu fis-seħħ il-miżuri tad-distanza soċjali kif ukoll restrizzjonijiet fuq il-moviment tan-nies.