Barranin
14-il persuna tmut mgħarrqa f’residenza għall-anzjani fil-Ġappun

Sittax-il persuna hu maħsub li mietu u disa’ oħra huma rrappurtati nieqsa wara xita qalila fil-gżira Ġappuniża ta’ Kyushu, li kkawżat għargħar u valangi tat-tajn.

Erbatax mill-vittmi nstabu f’residenza għall-anzjani li kienet mgħarrqa wara li faret ix-xmara Kuma.

L-awtoritajiet ordnaw li aktar minn 200,000 persuna jiġu evakwati u ntbagħtu mal-10,000 suldat biex jgħinu fis-salvataġġ tal-persuni li nqabdu fl-għargħar.

Il-Prim Ministru Shinzo Abe ħeġġeġ lin-nies biex joqogħdu attenti.

Il-gvernatur ta’ Kumamoto qal li l-vittmi nstabu f’qagħda kritika ħafna f’dar tal-anzjani taħt l-ilma.