Barranin
14-il pulizija maqtula f’attakk għall-għarrieda fil-Messiku

Minn tal-inqas 14-il pulizija nqatlu u tlieta oħra ndarbu f’attakk għall-għarrieda fil-punent ta’ Messiku.

Il-pulizija kienu qed iġorru ordni tal-Qorti f’El Aguaje, meta l-konvoj safa’ attakkat. Rapporti qed jgħidu li l-kriminali ċċirkondaw lill-pulizija fetħu n-nar fuq l-uffiċjali u qabbdu l-karozzi.

L-awtoritajiet qalu li ser jużaw ir-riżorsi kollha possibbli biex jinstab il-moħħ wara l-attakk. Ir-reġjun huwa magħruf għall-vjolenza u għall-gwerer kbar bejn gruppi kriminali tad-droga.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ix-xjentisti, ħasbu li din il-ħlejqha għosfrot għal kollox wara li ilha ma titfaċċa madwar 30 sena. Dan il-mammiferu, magħruf aħjar bħala mouse-deer jew silver-backed chevrotain, intlemaħ f’foresta fil-Vjetnam u għandu…

Barranin

Minn tal-anqas 12-il persuna mietu f’inċident bejn żewġ ferroviji f’Bangladesh. Fl-inċident indarbu mal-100 persuna oħra iżda l-midruba jafu jiżdiedu hekk kif hemm uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-post biex isalvaw lin-nies…

Barranin

Il-Professur Russu, Oleg Sokolov deher quddiem il-qorti ta’ San Pietruburgu lbieraħ mixli bil-qtil makabru ta’ Anastasia Yeshchenko. Sokolov, li għandu 63 sena, u huwa espert fil-qasam tal-istorja speċjalment fejn jidħol…

Barranin

Minkejja l-kritika kollha dwar kif ġiet interpretata t-tema tas-saħħa mentali, il-film Joker għamel profitt qawwi ta’ aktar minn $890 miljun. Joker issa sar l-aktar film ibbażat fuq storja tat-tip comic li…

Aktar