Saħħa
140 infermier ġdid temmew b’suċċess l-istudji tagħhom u lesti biex jibdew jaħdmu

140 student u studenta temmew b’suċċess l-istudji tagħhom fl-Università ta’ Malta u laħqu infermiera u issa jinsabu lesti sabiex jibdew joffru s-servizz tagħhom fil-komunità.

Fi stqarrija ir-Rettur tal-Università il-Professur Alfred J. Vella qal li dawn il-gradwati ġodda se jingħaqdu mal-infermiera f’mument mill-aktar opportun għaliex se jkunu fost oħrajn qed jgħinu fl-isforzi tal-pajjiż biex titrażżan l-imxija tal-Covid-19.

Intqal ukoll li dan l-aħħar il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne irringrazzja lill-frontliners fil-qasam tas-saħħa u ddeskriva r-riżorsa umana fis-settur tas-saħħa bħala l-aktar riżorsa ta’ valur għax il-frontliners kollha huma essenzjali fl-isforzi tal-pajjiż biex jindirizza l-pandemija tal-coronavirus.

L-Università ta’ Malta tħossha kburija li hija stakeholder ewlieni fl-iżvilupp tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa. Id-Dekan tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa, Dr Roberta Sammut faħħret l-isforzi tal-istudenti u tal-istaff li b’kuraġġ baqgħu għaddejjin bl-impenji tagħhom minkejja l-biżgħat, l-isfidi u t-tħassib li kien haw fl-aħħar xhur.

Il-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa toffri 21 kors. Għal aktar informazzjoni żur https://www.um.edu.mt/healthsciences

 

Aħbarijiet Oħra

Il-pandemija affettwat lil kulħadd, anke lill-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund li tgħin lil mijiet ta’ nies morda, tfal b’diżabilità, tfal li jkollhom bżonn kura barra l-pajjiż u nies li m’għandhomx…

Quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia xehed il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici, li ġie mistoqsi dwar il-perjodu ta’ meta kien responsabbli mill-portafoll tal-Ġustizzja. Mistoqsi dwar il-proklama li ngħata…

Dr Bernard Grech, nieda l-kampanja tiegħu għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Bit-tema Ningħaqdu, nirnexxu, u niġġeddu, Dr Grech qal li jrid jara Partit Nazzjonalista magħqud u sħiħ, għalkemm imsejjes fuq il-ħiliet…

Il-Partit Laburista qal li r-rapport ta’ diliġenza dwar Adrian Delia u Bernard Grech juri li ż-żewġ kandidati għall-elezzjoni mhumiex idonji għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President…

Aktar