COVID-19
140 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta – 117 imfejqa oħra

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 140 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, minn 3,093 swab test li saru.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 117 oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 6,301 persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 8,560 persuna pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,155 każ attiv.

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati.

Mill-każijiet irrappurtati lbieraħ, 22 huma membri tal-familja ta’ każijiet pożittivi, 18  huma kollegi ta’ persuni pożittivi u 14-il każ kienu f’kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi.