Barranin
1,400 denfil sfurzati jidħlu f’bajja u maqtula f’Faroe Islands

Il-gżejjer ta’ Faroe Islands żammew mat-tradizzjoni li joqtlu d-dniefel imma l-aħħar qtil ta’ 1,400 denfil ħoloq kontroversja ikbar mis-soltu.

Dgħajjes tas-sajd dawru lid-dniefel u ġiegħluhom jidħlu fil-bajja ta’ Skalabotnur f’Eysturoy.

Meta kienu f’livell baxx is-sajjieda bdew jagħtuhom sakemm qatluhom u wara d-dniefel ittellgħu l-art biex ikunu mqattgħin ħalli jinbiegħu għall-konsum lokali.

Filmati ta’ dak li ġara nġibdu mill-għaqda Sea Shepherd juru mijiet ta’ nies isegwu minn fuq il-bajja u l-ilma jinbidel aħmar bid-demm tad-dniefel.

Dawk li jappoġġjaw din it-tradizzjoni jgħidu li hija parti mill-identità kulturali tagħhom imma attivisti favur l-annimali jgħidu li dan il-massakru huwa krudili.

Madankollu issa anke nies tal-lokal ħassewhom ixxokkjati bl-ammont ta’ dniefel maqtula.

L-ikbar rekord ta’ qabdiet ta’ dniefel kien imur lura għall-1940 meta kienu nqabdu 1,200.