COVID-19
141 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta – 159 imfejqa oħra

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 141 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, minn 3,391 swab test li saru.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 159 oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 6,565 persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 8,822 persuna pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,146 każ attiv.

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati.

Mill-każijiet irrappurtati lbieraħ, 20 huma membri tal-familja ta’ każijiet pożittivi, 21  huma kollegi ta’ persuni pożittivi u 11-il każ kienu f’kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi.