COVID-19
142 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, 52 oħra mfejqa

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa 142 persuna f’Malta ħarġu pożittivi għall-Covid-19 minn fost 2,404 swab test.

Ħabbru wkoll li 52 ruħ oħra ġew iddikjarati li fiequ mill-virus. Minn meta faqqgħet il-pandemija fiequ 3,236 persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 4,628 persuna pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 1,347 każ attiv.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-każi l-ġodda għadhom qed jiġu investigati.

Mill-każijiet li nstabu lbieraħ, 46 kienu membri tal-familja li kellhom li xi ħadd pożittiv għall-virus, 18 kienu kollegi ta’ persuni pożittivi, 3 kienu mill-grupp ta’ Paceville, 9 kienu f’kuntatt ma’ persuni pożittivi, u 4 minn attivitajiet soċjali.

OFFICIAL COVID-19 figures for 18•10•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Gepostet von saħħa am Sonntag, 18. Oktober 2020