
Is-Supretendent tas-Saħħa ħabbret li ġew ikkonfermati 143 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,111 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa.
Fl-aġġornament ta’ kull ġimgħa dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19, Prof. Charmaine Gauci ħabbret ukoll li 201 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 13,435 persuna.
Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 16,423 persuni pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,740 każ attiv.
Prof. Gauci qalet ukoll li bħalissa hemm 179 persuna fl-isptarijiet fosthom 18 fl-ITU ta’ Mater Dei u persuna fl-ITU tal-Isptar t’Għawdex. Stqarret li fl-aħħar sebat ijiem il-każi naqsu meta mqabbel mal-bidu ta’ Jannar.
Tħabbar ukoll li mill-bieraħ ‘l hawn mietu tliet persuni, filwaqt li kien iddikjarat li b’kollox s’issa ngħataw 16,531 tilqima, fejn miexi tajjeb Cohort 1 u beda wkoll Cohort 2.
Intant, tista’ ssegwi l-konferenza tal-aħbarijiet sħiħa minn Prof Gauci hawn:
Ara wkoll: