COVID-19
146 każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li jfiqu 15

In-numru ta’ każijiet attivi tal-Covid-19 tela’ għal 1,963 wara li feġġew 146 każ ġdid u fiequ 15.

Il-każijiet il-ġodda ħarġu minn 3,809 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 1,045,227.

In-numru ta’ dawk li ħadu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna f’Marzu 2020 issa tela’ għal 32,616.

Telgħu għal 30,233 dawk li skont l-awtoritajiet tas-saħħa rkupraw mill-pandemija.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 724,343 doża tal-vaċċin bi 383,867 jkunu l-ewwel doża.

In-numru ta’ dawk li ħadu l-vaċċin b’mod komplut tela’ għal 357,558.

Mill-195 każ rappurtati lbieraħ 125 kellhom bejn 10 u 39 sena bl-età medja tkun ta’ 29 sena.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 18-il pazjent b’wieħed minn fl-ITU.