Saħħa
147,000 pazjent juża l-iskema tal-ispiżerija tal-għażla tiegħek

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li minn miljun u nofs riċetta li jidħu fis-sena mill-iskema tal-ispiżerija tal-għażla tiegħek, terz minnhom qegħdin fuq is-sistema elettronika tal-Gvern. Il-Ministru qal li l-mira tal-Gvern hi li r-riċetti kollha jkunu fuq is-sistema elettronika tal-Gvern għal iktar effiċjenza u inqas ħela ta’ mediċini.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Gvern qed jaħdem biex kemm it-tobba u anki l-pazjenti jifhmu l-benefiċċji li r-riċetti kollha tal-iskema l-ispiżerija għall-għażla tiegħek jiġu kollha fuq is-sistema elettronika. Spjega li meta r-riċetti jidħlu fuq is-sistema diġitali tal-Gvern, dan ikun ifisser inqas konfużjoni meta forsi r-riċetta tat-tabib ma tkunx tintagħraf, u anki li kull sptar, kemm pubbliku u privat, it-tobba kollha, u anki l-pazjent innifsu jistgħu jaraw ir-riċetta b’mod elettroniku permezz tas-sit tal-Gvern myhealth. Minn miljun u nofs riċetta li tidħol fis-sena, nofs miljun qegħdin fuq is-sistema elettroniku, u sa issa hemm 284 tabib tal-familja li qed juża din is-sistema.

Il-Ministru Fearne qal “il-pazjent ikollu riċetti iktar siguri, doża eżatt, l-isem tal-mediċina u tabib jinqraw sew, iktar faċli biex it-tobba jagħtu l-kura lill-pazjenti”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Iskema Spiżerija tal-Għażla Tiegħek, is-sinjura Celia Falzon qalet li l-iskema qed tiswa lill-Gvern €40 miljun, u li qegħdin jużawha mal-147,000 pazjent. Is-sinjura Falzon appellat biex kull pazjent u tabib tal-familja jifhem il-benefiċċji tas-sistema elettronika.

Celia Falzon qalet “ninkoraġixxu dejjem lit-tobba dejjem biex jużaw is-sistema elettronika, u l-pazjenti japprezzaw is-sistema..jekk wiehed jidhol fuq my health ghal kull ċittadin Malti li għandu e-id, issib kemm mediċini intitolati u l-aħħar riċettat tat-tabib”.

Fl-iskema l-ispiżerija għall-għażla tiegħek, hemm 220 spiżerija aċċesibbli biex jipprovdu l-mediċini għall-pazjenti, kemm dawk tal-karta r-roża u dik safra. F’sena permezz tal-iskema jitqassmu mal-250 miljun medeċina.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 55 każ ġdid u fiequ 13-il persuna. B’hekk b’kollox hawn 528 każ attiv. Dan wara li saru rekord ta’ swab tests – 2,485. Fl-aġġornament mediku, il-Ministeru…

Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Silvio Parnis ħabbar li se ssir is-seba’ edizzjoni tal-Premju Anzjanità Attiva 2020, b’din id-darba se jiġu ntrodotti żewġ premji ġodda, Premju għall-anzjanità attiva…

Edukazzjoni

Nhar l-Erbgħa, it-12 ta’Awwissu, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi sħab mal-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, nediet kompetizzjoni bil-għan li tkompli tqajjem kuxjenza fuq l-importanza li nibżgħu għall-bajjiet u l-ambjent marittimu…

COVID-19

Ta’ kuljum qed isiru ammonti kbar ta’ testijiet għall-coronavirus. F’dan ix-xenarju, Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed mill-ġdid ifakkar li dawk il-persuni li jkunu qed jistennew biex jagħmlu t-test, jew ikun…

Aktar