COVID-19
15-il każ ġdid ta’ Covid-19, 74 ifiqu

Fl-aħħar 24 siegħa feġġew 15-il każ ġdid tal-Covid-19 mentri fiequ 74.

Dan ifisser li issa n-numru ta’ każijiet attivi huwa ta’ 270. Fi Tweet, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-għadd ta’ nies bil-COVID-19 huwa l-aktar wieħed baxx minn Awwissu tas-sena l għaddiet.

Il-każijiet il-ġodda ħarġu minn 1,781 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 869,063 u dak tal-każijiet għal 30,307. B’dawk li fiequ telgħu għal 29,622 il-persuni li skont l-awtoritajiet irkupraw mill-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 335,848 doża tal-vaċċin li minnhom 107,038 kienu t-tieni doża.

Fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġt irġiel ta’ 70 u 91 sena fl-isptar Mater Dei waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19. L-għadd ta’ mwiet bil-COVID-19 tela’ għal 415-il persuna.