COVID-19
15-il każ ġdid ta’ COVID-19, ifiqu 3 persuni

Għat-tieni jiem konsekuttiv, Malta rreġistrat 15-il każ ġdid ta’ COVID-19 f’Malta.

Dawn ħarġu wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,358 swab test. B’hekk b’kollox s’issa saru 56,224 test.

Fuq nota pożittiva fl-aħħar sigħat fiequ wkoll tliet persuni, biex b’hekk fadal 125 każ attiv.

B’kollox s’issa fiequ 468 persuna.

Aħbarijiet Oħra
Relazzjonijiet Industrijali

Il-Qorti laqgħet mandat t’inibizzjoni li ntalab minn Steward Health Care Malta bil-għan li jevita azzjoni industrijali mill-Union għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN). Il-kwistjoni tirrigwarda infermiera barranin li ġew impjegati fl-Isptar Ġenerali…

Xjenza

Min jirnexxielu jqum fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu jista’ jitpaxxa b’xena mhux tas-soltu fis-smewwiet. Il-kometa C/2020 F3 Neowise bħalissa qed tidher ċara jekk wieħed iħares lejn ix-xefaq fil-lvant ta’ Malta. L-astrofiżiku…

Kronaka

Mara Franċiża ta’ 63 sena li tgħix Ta’ Xbiex weġġgħet gravi wara li ġiet milquta minn vettura fil-Gżira lbieraħ. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq ix-Xatt għall-ħabta tas-12.45 ta’ wara…

Kronaka

Xufier ta’ trakk għal xi ħin spiċċa maqbud ġol-vettura wara li nqaleb biha dalgħodu. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00am fil-Magħtab, meta x-xufier kien qed isuq trakk tal-għamla Suzuki Iveco. TVM infurmat…

Aktar