Lokali
15-il kumpanija jieħdu sehem f’Jum ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva 2017

Rekord ta’ 15-il kumpanija ewlenija f’Malta ngħaqdu flimkien biex jieħdu sehem fis-16-il edizzjoni ta’ Jum ir-Responsabbilità Soċjali Korporattiva 2017, magħrufa aħjar bħala s-CSR Day.

Il-kumpaniji parteċipanti u r-rappreżentanti tagħhom inġabru flimkien fir-residenza uffiċjali tal-President ta’ Malta Marie-Louise Colerio Preca, li laqgħet u rringrazzjat lill-volontiera għall-kontribut siewi li qed jagħtu lis-soċjetà.

Mill-Palazz ta’ San Anton, il-gruppi marru lejn il-postijiet rispettivi tagħhom u wettqu għadd ta’ xogħolijiet fosthom żebgħa, tqegħid ta’ madum, ġardinaġġ u tindif. Uħud għażlu li jieħdu tfal minn għadd ta’ djar ta’ karità, dawra ma’ postijiet interessanti.

Mijiet ta’ impjegati minn AIS Group, Computime Group, Express Trailers Ltd, Farsons Group, Forestals Group, FTIAS Ltd, Gasco Energy, GreenPak Co-Op, HSBC Bank Malta, HSBC UKCC Malta, Liquigas Malta Ltd, MEUSAC, Multigas Ltd, Nectar Group, u Tumas Group ipparteċipaw f’wirja sabiħa ta’ impenn għal bidla soċjali pożittiva.

Jum ir-Responsabbilità Soċjali Korporattiva hi attività annwali li evolviet mill-festa pubblika ta’ San Ġużepp Ħaddiem, li taħbat għada l-Ħadd.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Sehem Malta fil-Commonwealth kien diskuss f’laqgħa bejn il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u s-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth il-Barunessa Patricia Scotland. Il-Ministru Bartolo tkellem dwar il-vokazzjoni naturali ta’ Malta bħala proponent ewlieni fil-komunità ta’…

Sport

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima ħabbar għajnuna ta’ €300,000 li se jitqassmu bejn 130 għaqda sportiva bħala sussidju fuq il-kirjiet tal-artijiet. Huwa spjega li l-għaqdiet sportivi kellhom…

COVID-19

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-pandemija COVID-19 kif evolviet f’dawn l-aħħar jiem, il-Malta Union of Teachers (MUT) appellat sabiex kulħadd jerfa’ r-responsabbiltà ta’ kull deċiżjoni li tittieħed. Il-Union qalet li kull azzjoni jaf…

COVID-19

Minn 1,839 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 20 każ ġdid u fiequ 2 pazjenti. B’hekk issa hawn 249 każ attiv. Minn meta bdiet l-imxija f’Malta kien hawn…

Aktar