Saħħa
15-il mediċina bl-ingredjent Valsartan jista’ jkun li ġew affettwati minn impurità

15-il mediċina bl-ingredjent Valsartan li jitqassmu bl-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek għall-pazjenti bi pressjoni għolja jista’ jkun li ġew affettwati minn impurità li tista’ tikkawża l-kanċer.

Iċ-Chairman tal-Awtorità għall-Mediċini, il-Professur Anthony Serracino Inglott qal lil TVM li l-awtoritajiet tas-saħħa Maltin se jġibu mediċini minn kumpaniji oħrajn.

Il-Professur Serracino Inglott appella lill-pazjenti u ma jwaqfux il-mediċini f’daqqa għax fost oħrajn jistgħu jsofru minn puplesija.

Xejn inqas minn 15-il mediċina ġenerika, li fiha l-ingredjent Valsartan, qed ikunu analizzati f’aktar dettall mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini. Dan wara li nstab, li fihom, jista’ jkun hemm impurità li tista’ tikkawża l-kanċer. L-awtoritajiet Maltin fi tmiem il-ġimgħa, avżaw dwar dan, għalkemm saħqu li min qed jieħu dawn il-mediċini, m’għandux iwaqqafhom minn rajh.

TVM huwa infurmat li dawn il-mediċini għall-pressjoni għolja jingħataw bl-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. Iċ-Chairman tal-Awtorità għall-Mediċini, il-Professur Anthony Serracino Inglott qal li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Iċ-Chairman tal-Awtorità għall-Mediċini, Anthony Serracino Inglott qal “dan sabu li kien hemm traċċi ta’ impuritajiet li fosthom hemm wieħed minnhom li huwa potenzjalment jista’ jikkawża l-kanċer taħt ċerti ċirkostanzi, li bħalissa qed jiġu studjati tajbin ħafna mill-EMA.”

Il-Professur Serracino Inglott qal li fil-frattemp l-awtoritajiet tas-saħħa qed jaħdmu biex jinġiebu konsenji ta’ Valsartan minn kumpaniji oħrajn li mhumiex milquta minn din l-impurità. Fl-istess waqt wissa dwar il-konsegwenzi li jista’ jkun hemm fuq il-pazjenti jekk iwaqqfu din il-mediċina f’daqqa.

Dawn l-effetti huma ħafna u ħafna agħar milli x’tista’ tagħmel din l-impurità li hemm. F’din il-mediċina nafu speċifikament li huwa ħażin li twaqqafha għax fost oħrajn tista’ ttik puplesija.

Il-Professur Serracino Inglott żied jgħid li fiċ-ċirkustanzi, it-tobba jistgħu jiktbu riċetti għall-mediċini alternattivi lill-pazjenti tagħhom.

Inti tmur għand it-tabib tiegħek biex isiblek mediċina oħra. Saru l-attentati kollha possibbli biex naraw dawn il-mediċini l-oħra mbagħad jkunu in stock.

Huwa saħaq li kull deċiżjoni dejjem tittieħed fl-aħjar interess tal-pazjenti.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Mara sofriet minn ġrieħi gravi wara li llejla kienet involuta f’inċident tat-traffiku.  L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm fi Vjal Blue Grotto, fiż-Żurrieq. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett fejn minn stħarriġ preliminari li…

Kultura

Bit-tema ‘Jiddefendu l-Libertajiet Tagħna’, il-bini tal-Parlament qed jilqa’ wirja fotografika biex tfakkar it-30 anniversarju tal-Premju Sakharov. Wirja fotografika li qed issir fil-Parlament tixħet dawl fuq erba’ esponenti ewlenin favur id-drittijiet…

Kronaka

L-għada li dar f’Ħal Luqa inħakmet min-nar qawwi, il-komunità ta’ Ħal Luqa qamet titkellem dwar dak li għaddiet minnha l-familja Theuma, magħrufa għall-presepju li tesebixxi kull sena fi żmien il-Milied….

Knisja Maltija

Għeluq sena ta’ anniversarji fiż-Żurrieq  b’pellegrinaġġ bl-istatwa titulari ta’ Santa Katarina li għalqet mitejn sena. Arja ta’ festa fiż-Żurrieq il-Ħadd filgħodu, b’pellegrinaġġ bl-istatwa titulari ta’ Santa Katarina li għalqet mitejn…

Aktar