Immigrazzjoni
15-il offerta għal bastiment biex jinżammu l-immigranti fuqu

Għaxar t’ijiem wara s-sejħa tal-espressjoni għal bastiment biex fuqhom ikunu iżolati immigranti irregolari, Television Malta jinsab infurmat li l-Gvern irċieva mal-15 il-offerta. Is-sejħa ngħalqet f’nofsinhar tat-Tnejn li għadda u issa l-Gvern permezz tal-Ministeru tal-Intern se jkun qiegħed jgħarbel l-offerti.

L-użu ta’ dan il-bastiment huwa maħsub għal meta l-Forzi Armati ta’ Malta ma jkollhomx għażla ħlief li jsalvaw persuni li jkunu qed jegħrqu. Dan għaliex fl-aħħar xhur il-Gvern saħħaħ l-isforzi tiegħu biex iwaqqaf il-wasliet ta’ immigranti rregolari lejn Malta. Fost l-oħrajn b’ċentru ta’ koordinament fil-Libja u ieħor f’Malta u bi ftehim ieħor li ntaħaq din il-ġimgħa stess mat-Turkija u l-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali fil-Libja, biex il-gwardja tal-Kosta Libjana tkun attrezzata fil-ġlieda kontra t-traffikar uman.

Numri li kiseb TVM juru li sal-bidu t’Awwissu, il-Gwardja tal-Kosta Libjana interċetat kważi 7,000 immigrant irregolari li ppruvaw jagħmlu traġit lejn Malta, fosthom 6,010 raġel, 474 mara u 364 minnhom minuri. Huwa stmat li madwar nofs il-persuni salvati kienu eventwalment jegħrqu jew jispiċċaw fiż-żona tas-salvataġġ ta’ Malta. Għaldaqstant, l-għażla bejn ħajja u mewt fil-Mediterran hi r-realtà kontinwa rinfurzata b’obbligi legali u internazzjonali li ma jiddistingwux bejn sitwazzjoni ta’ pandemija u normalità.

F’dan l-isfond, il-gvern Malti ħass li għandu jkun hemm ukoll l-għażla li jintuża bastiment biex is-sitwazzjoni tkun mħarsa u mmaniġġjata b’mod aħjar. Għaldaqstant, l-immigrantti rregolari li waslu f’dawn l-aħħar ġimgħat mill-ewwel ġew iżolati irrispittavement jekk irriżultawx pożittivi għall-Covid-19 u apparti minn dan il-gvern fetaħ klinika f’Ħal Far li ġiet fdata f’idejn ir-Red Cross. Mill-wasliet riċenti kien hemm total ta’ 104 immigrant li irriżultaw pożittivi għall-virus.

 

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar