Lokali
15-il pazjent bil-Covid fl-isptar, 4 fl-ITU

In-numru ta’ persuni li bħalissa huma pożittivi għall-Covid-19 niżel għal 471 wara li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 13-il każ ġdid u 29 persuna rkupraw mill-virus.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 15-il pazjent li qed jingħataw il-kura minħabba li għandhom il-virus b’4 jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

In-numru ta’ mwiet tela’ għal 457 wara li tħabbar li anzjana ta’ 94 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-virus.

L-aħħar aġġornament tal-awtoritajiet tas-saħħa juri li sal-bieraħ kienu ngħataw 814,957 doża tal-vaċċin b’6,141 minnhom kienu l-booster.