Lokali
150 ċiklist jisfidaw ix-xita u jaqdfu waqt ġirja bir-rota

Il-Malta National Electromobility Platform fi ħdan Transport Malta qed tikkordina diversi inizjattivi u attivitajiet marbuta mal-Ġimgħa Ewropea Tal-Mobbiltà. It-tema għal din is-sena hija “Multimodality – Mix and Move”. Din it-tema tinkoraġġixxi modi differenti tat-trasport u mhux biss il-vetturi.

150 ċiklist il-Ġimgħa filgħodu sfidaw il-maltemp u x-xita, li kultant kienet bil-qliel, u ħadu sehem fil-Ġirja bir-Rota li saret fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Ewropea tal-Mobbilità. Din l-attività saret biex tippromovi miżuri sostennibbli ta’ mezzi alternattivi ta’ trasport li jtejbu l-kwalità tal-ħajja billi titnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku u t-tniġġis tal-arja.

Uħud minn dawk li ħadu sehem fil-ġirja ta’ 20 kilometru, qalu li jkunu lesti juzaw iżjed ir-rota jekk it-toroq ikunu maħsuba għaċ-ċiklisti.

Michelle Attard Tonna, il-President tal-Bicycle Advocacy Group qalet “ir-rota ma tintużax biss għall-eżerċizzju imma hawn ħafna nies li jużawha għax-xogħol għal qadi u għal ħajja”.

Il-Jum Nazzjonali mingħajr karozzi ser issir is-Sibt fi Triq ix-Xatt f’Tas-Sliema u l-Gżira, bejn l-10am u l-4pm meta l-karozza ser iċedu t-triq għan-nies.

Aħbarijiet Oħra
Xogħol

L-iskema ta’ xogħol fil-komunità li bdiet fl-2016 kienet taħt il-lenti tal-Awditur Ġenerali li f’rapport li ippreżenta lill-Ispeaker ta ċertifikat pjuttost tajjeb lill-iskema għalkemm iħeġġeġ lill-entitajiet governattivi involuti biex itejjbu l-moniteraġġ…

Ambjent

Malta, flimkien ma’ 8 pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea u żewġ stati assoċjati, se tkun qed tnaddaf il-bajjiet tagħha f’dak li dak jissejjaħ bħala l-Blue Mediterranean Clean-Up Week. Fl-ewwel ġimgħa ta’…

Blockchain

Erba’ xhur wara li Malta saret l-ewwel pajjiż fid-dinja li użat is-sistema tal-blockchain fil-ħruġ taċ-ċertifikati għall-istudenti, it-teknoloġija tal-blockchain se tibda tintuża għal kuntratti tal-kirjiet, meta fil-jiem li ġejjin se tkun…

Qorti

Il-Pulizija ressqet il-Qorti żagħżugħ u xlietu li bejn Frar u Mejju wettaq ħames serqiet ta’ flus u ġojjelli minn residenzi fl-Imsida u San Pawl il-Baħar. Aliosha Emnadze, Ġorġjan ta’ 24…

Aktar