150 sena tas-Soċjeta Mużikali Santa Katerina

Iż-Żurrieq qed jerġa jilbes il-libsa tal-festa, u għalkemm mhux kollox hu armat, l-attivitajiet diġa bdew. Din is-sena, l-attivitajiet bdew ġimgħa qabel billi s-soċjeta’ mużikali Santa Katerina qed tiċċelebra il-150 sena mit-twaqqif tagħha.

Is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katerina taż-Żurrieq qed tiċċelebra festa itwal minn tas-soltu, fl-okkażjoni tal-150 sena mit-twelid tagħha. Ġimagħtejn qabel il-festa titulari ġie inawgurat xogħol ta’ restawr fil-faċċata ta’ Palazzo Alexandria, is-sede tas-soċjetà, bl-attivitajiet biex ifakkru l-anniversarju jissuktaw fl-għaxart’ijiem li ġejjin.

Il-qofol iżda tibqa’ l-mużika, bil-banda tal-istess soċjeta tkun impenjata aktar mis-soltu kemm fil-lokalita’ u anke barra.

Is-segretarju tas-soċjeta mużikali, Kevin Schembri, qal lil tvm.com.mt li f’dawn il-jiem il-banda se ddoqq ġeneri differenti ta’ mużika, mill-marċi tradizzjonali sa mużika moderna.

L-ewwel ħjiel tal-preżenza ta’ din is-soċjetà mużikali tinsab f’dokumenti tal-istoriku Achille Ferris fejn ingħad li numru ta’ persuni daqqew waqt il-festa ta’ Santa Katerina taż-Żurrieq f’Novembru tal-1864.

Ix-xahar li għadda, il-banda siefret għas-seba darba fl-istorja tagħha, meta marret fil-Blackforest, il-Ġermanja b’kontinġent ta’160 persuna. Hemm esgwew żewġ kunċert mużikali kif ukoll marċ fit-toroq tal-lokal. Din il-mawra issa se tiġi reċiprokata billi The Upper Rhine Youth Wind Band, s-Sibt li ġej se tasal Malta biex tieħu sehem fil-jiem tal-festa.

Matul il-150 sena tagħha, l-aspett mużikali ta’ din is-soċjeta’ mhux dejjem kien kompost minn banda biss, billi kellha wkoll orkestra, kif strumenti mużikali esebiti fil-mużew tal-istess soċjetà.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-forum dinji fejn ħabbar li għaxar operaturi tal-kannabis mediċinali kienu approvati mill-Malta Enterprise u anke se japplikaw mal-Awtorità tal-Mediċini biex jingħataw liċenzja. Dr Muscat qal…

Lokali

Riesqa lejn l-aħħar il-Presidenza ta’ Marie-Louise Coleiro Preca, bil-President Marie Louise Coliero Preca tiddeskrivi l-poplu Malti bħala wieħed ġeneruż li jaf jogħla ‘l fuq mill-argumenti u jingħaqad flimkien biex jesprimi…

Lokali

Il-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta beda jiltaqa’ f’Malta u qed jiddiskuti proposti biex isaħħaħ il-vuċi tal-Maltin imferxa f’diversi komunitajiet madwar id-dinja. Fil-ftuħ tal-laqgħa, il-Ministru Carmelo Abela qal li…

Aktar